22/02/2024

Avvenimenti: Żjara uffiċjali mis- Segretarjat u esperti tas-CEPEJ

 

Fit-22 ta ’Frar 2024, is-Segretarjat u l-Esperti tas-CEPEJ żaru l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat bħala parti mill-proġett konġunt CoE/EU “Attorney General and State Advocate in Malta –
Implementation of action plan on offices re-organisation”.

Is-Segretarjat tas-CEPEJ u l-esperti ddiskutew mal-Avukat tal-Istat u Senior Management, il-funzjonijiet ewlenin tal-Aġenzija bil-għan li jiġu mmappjati u vvalutati l-proċessi u l-proċeduri interni; il-ġestjoni tal-każijiet; il-performance management u l-proċeduri operattivi rilevanti. Ir-riżultat taż-żjara se jwassal għal valutazzjoni komprensiva tal-policies u l-istrateġiji interni bil-għan li jiġu ppreżentati rakkomandazzjonijiet dwar il-ħolqien ta’ indipendenza operattiva sħiħa għall-Uffiċċju, it-tisħiħ fl-operat li jassigura funzjonament effettiv (permezz tal-istabbiliment ta’ proċessi operattivi, u taħriġ kontinwu u integrazzjoni tal-ICT) kif ukoll titjib fil-fiduċja pubblika u aktar trasparenza fil-funzjonijiet kollha (permezz ta’ ħolqien ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni).

Skip to content