Utent

Dott. Charlene Camilleri-Zarb ilha tipprattika l-professjoni għal aktar minn għaxar snin. Hija għandha Baċċellerat fil-Liġi u fl-Istudji Ewropej (LL.B.), u Diploma fl-Istudji Notarili (N.P.). Fl-2011 hija kisbet Dottorat fil-Liġi (LL.D.) mill-Università ta’ Malta.

Charlene bdiet il-karriera Legali tagħha fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Prosekutur tar-Repubblika. Wara hija serviet bħala Maniġer u Konsulent Legali ma’ wieħed mill-Banek ewlenin u hemmhekk ġiet mogħtija ‘The Outstanding New Recruit Award 2015’ mill-Kap Eżekuttiv tal-Bank. Hija serviet bħala Maniġer Anzjan fi ħdan l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u Konsulent Legali Anzjan ma’ Grupp ta’ Kumpaniji. Charlene irrappreżentat lill-Istat Malti f’diversi fora barranin, fosthom: il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.

Charlene irrappreżentat l-Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti Istruttorja, u r-Repubblika ta’ Malta f’ġurijiet quddiem il-Qorti Kriminali u fil-Qorti ta’ l-Appell Kriminali.

Fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, Charlene tippatroċinja diversi entitajiet tal-Gvern u tipprattika quddiem il-Qorti Ċivili Prim’ Awla (Sede Kostituzzjonali) u l-Qorti Kostituzzjonali.