Author picture

Dott. Charlene ggradwat mill-Università ta’ Malta fl-2014 wara li temmet il-kors tal-liġi u ddefendiet b’suċċess it-teżi tagħha intitolata ‘The Nature of the Liability of the Hotelkeeper for the Property of the Guest in Malta and other European States’. Fl-2015 hija ngħatat il-warrant mill-President tar-Repubblika sabiex teżerċita l-professjoni ta’ Avukat fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Gżejjer Maltin u bdiet taħdem mal-Aġenzija Identity Malta bħala avukat, fejn kienet tmexxi l-Unit taċ-Ċittadinanza. Fl-2017 imbagħad ingħaqdet mal-Awtorità tal-Artijiet bħala Uffiċjal Kap tal-Verifika.

Fl-2021 Charlene bdiet taħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, fejn qed tagħmel xogħol il-Qorti u tipprattika l-liġi Ċivili, Kostituzzjonali u Amministrattiva. Hija tassisti diversi Ministeri u entitajiet billi tagħti pariri legali u tirrappreżentahom f’kawżi l-Qorti.