Author picture

Dott. Daniel Inguanez iggradwa mill-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges b’Master fid-Dritt tal-Unjoni Ewropea (LLM), u mill-Università ta’ Malta b’Master tal-Avukatura (M.A.) u b’Baċċellerat tal-Liġijiet (LL.B). Huwa kiseb il-warrant ta’ avukat fl-2019 u ngħaqad mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat fl-2021.

L-oqsma ta’ kompetenza ta’ Daniel jinkludu d-dritt kostituzzjonali u amministrattiv, l-akkwist pubbliku u l-liġi dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat kif ukoll id-dritt tal-Unjoni Ewropea. Qabel ma ngħaqad mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, Daniel kien Junior Legal Officer fid-Dipartiment tal-Kuntratti fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi fejn kien jagħti pariri lill-awtoritajiet kontraenti dwar kwistjonijiet ta’ akkwist pubbliku u ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat. Qabel ma ngħaqad mad-Dipartiment tal-Kuntratti huwa ħadem fis-settur privat fl-oqsma tad-dritt tal-kumpaniji u fid-dritt tal-kummerċ.

Daniel huwa l-awtur ta’ pubblikazzjonijiet fil-Journal of Intellectual Property Law & Practice u fl-International Review of Intellectual Property and Competition Law, u għal dan kiseb il-premju mogħti mill-European Communities Trademark Association (ECTA).