UtentDott. Bernice Saliba ggradwat mill-Universita’ ta’ Malta b’Dottorat fil-Liġi fis-sena 2017 u ġabet il-warrant sabiex tipprattika quddiem il-qrati Maltin fl-2018. Dott. Saliba pprattikat fis-settur privat, primarjament fl-oqsma tal-liġijiet korporattivi u dawk relatati mat-teknoloġija. Hija rċeviet ukoll taħriġ fil-litigazzjoni ċivili u kienet Bluebook Trainee mal-Kummissjoni Ewropea fid-DĠ Connect fis-sena 2018. Hija rċeviet Premju Professjonali fit-Taxxa mill-Istitut Malti tat-Taxxa fl-2020.

Bernice ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat fl-2020 u taħdem fil-qasam tal-liġi ċivili, amministrattiva u kostituzzjonali, fejn fost l-oħrajn tagħti pariri lil diversi Ministeri u dipartimenti tal-Gvern b’mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa u l-agrikoltura u sajd. Dott. Saliba tipprattika kemm quddiem il-Qrati ta’ Malta u kif ukoll quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ta’ Malta u ġieli rrapreżentat lil Malta f’working parties tal-Unjoni Ewropea.