Author picture

Dott. Amy Camilleri gradwat dottorat fil-Liġi (LL.D) mill-Università ta’ Malta fl-2014 u ġiet ammessa fl-avukatura fl-2015. Fl-2021 kisbet Ċertifikat dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu.

Wara d-dħul tagħha fl-avukatura, Amy ħadmet f’uffiċċju legali boutique prinċipalment fl-oqsma tal-liġi tal-familja u tal-assigurazzjoni. Sussegwentement hija ngħaqdet mal-amministrazzjoni pubblika fejn ħadmet f’diversi oqsma tal-affarijiet u l-koordinazzjoni Ewropej. Dan l-irwol inkluda wkoll l-abbozzar u l-koordinazzjoni ta’ diversi risposti ppreżentati minn Malta dwar l-istat tad-dritt u l-politika kontra l-korruzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO).

Amy ingħaqdet mal-Unità tal-Leġiżlazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat fl-2022. Id-dmirijiet ewlenin tagħha jinvolvu r-rieżami tal-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja u n-noti ta’ spjegazzjoni, kif ukoll l-għoti ta’ pariri legali dwar il-proċess tal-abbozzar kull meta jkun meħtieġ.