Author picture

Dott. Ariana Falzon iggradwat b’Dottorat fil-Liġi fis-sena 2012 u ngħatat il-warrant professjonali fl-2013.

Qabel ma ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat f’Novembru 2021, Ariana ħadmet għal diversi snin kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, filwaqt li assistiet klijenti lokali u internazzjonali f’diversi tilwimiet ta’ dritt kummerċjali u ċivili quddiem il-qrati lokali u t-tribunali.

L-oqsma ewlenin ta’ prattika ta’ Ariana jinkludu l-litigazzjoni ċivili kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem, il-liġi Ewropea u dik amministrattiva filwaqt li tagħti pariri u tirrappreżenta diversi Ministeri, dipartimenti u entitajiet tal-Istat.