Author picture

Dott. Carina Bugeja Testa ggradwat b’Dottorat fil-Liġi fl-2013, b’teżi b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet, intitolata “Child abuse allegations in child custody disputes: A civil procedure approach”. Hija kisbet il-warrant professjonali biex tipprattika bħala Avukat fl-2014.

Carina ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat fl-2021 fejn tipprattika l-liġi Kostituzzjonali u Ċivili. Hija tipprovdi pariri legali u tassisti dipartimenti u entitajiet tal-Gvern quddiem il-Qrati.

Qabel ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, Carina ħadmet fis-settur privat fejn ipprattikat primarjament f’litigazzjoni, f’oqsma li jinkludu l-Liġi Ċivili, il-Liġi Industrijali u tax-Xogħol u l-Liġi dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Sussegwentement serviet bħala Avukat tal-Qorti.