Author picture

Dott. Corinne Pace ggradwat mill-Università ta’ Malta fl-2017 b’Dottorat fil-Liġi (LL.D). It-teżi tagħha intitolat “An Analysis of the Extent of Liability of the Malta Pilot under Maltese law” ingħata l-Premju Annwali tal-Forum Marittimu ta’ Malta fl-2017 għall-aħjar Dissertazzjoni dwar suġġett relatat mat-tbaħħir/mad-dritt marittimu. Hija qattgħet parti mill-kors tagħha tistudja fl-Università ta’ Vrijé fi Brussell.

Corinne ottjeniet il-warrant sabiex tipprattika quddiem il-Qrati Superjuri Maltin fl-2018, ftit wara li ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat (li qabel kien is-Sezzjoni Ċivili tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali) fl-istess sena.

L-oqsma ewlenin tal-prattika tagħha huma l-litigazzjoni ċivili, amministrattiva u kostituzzjonali, b’enfasi partikolari fuq il-liġi dwar l-impjiegi u dwar l-immigrazzjoni. Hija tieħu ħsieb varjeta’ ta’ kawżi u tidher quddiem il-Qrati Superjuri Maltin kif ukoll quddiem diversi Bordijiet u Tribunali amministrattivi. Hija rrappreżentat lill-Gvern ta’ Malta f’diversi laqgħat organizzati kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE), mill-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Drittijiet Fundamentali, id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Moviment Liberu tal-Persuni (FREMP) u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.