Author picture

Dott. Fiorella Fenech Vella (nee’ Mifsud Saydon) kisbet id-Dottorat fil-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-2008, wara li ddefendiet b’suċċess it-teżi tagħha bl-isem “Il-kunċett ta’ Ekwità kif applikat fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar”.

F’dik l-istess sena, ottjeniet ukoll id-Diploma fil-Każijiet Kanoniċi taż-Żwieġ, Ġurisprudenza u Proċedura offruta mill-Arċidjoċesi ta’ Malta (Dip.Trib.Eccl.Melit.) u Diploma fit-Taxxa offruta mill-Istitut Malti tat-Taxxa (Dip.Tax). Fiorella kisbet il-warrant ta’ avukat f’Jannar tal-2009. Fl-2010 hija ggradwat b’ Masters fl-Istudji Reliġjużi mill-Università ta’ Malta.

F’Lulju tal-2008, Fiorella bdiet taħdem fis-settur tal-liġi kummerċjali, b’enfasi fuq il-liġi tal-kumpaniji u l-liġi tat-taxxa ma’ ditta tal-awditjar magħrufa, iżda minn mindu ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali f’Diċembru 2010, hija bidlet is-settur u bdiet taħdem fil-kamp ta’ litigazzjoni. Fiorella għandha esperjenza vasta fi kwistjonijiet ta’ Dritt Ċivili, Kostituzzjonali u Amministrattiv. Fl-2021 hija nħatret bħala Assistent Avukat tal-Istat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, u tmexxi tim ta’ erba’ avukati, li jservu diversi Ministeri u dipartimenti u entitajiet affiljati.