Author picture

Dott. Isaac Zammit ggradwa fil-Liġi fl-2016, u kiseb il-warrant tiegħu fl-2017. Wara li ħadem fis-settur privat, Isaac ingħaqad mat-Taqsima Ċivili tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali f’April 2017, fejn fost affarijiet oħra, ġie fdat maġġorment bi kwistjonijiet kontenzjużi relatati mad-Dipartiment tad-Dwana.

Matul is-snin li ħadem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (illum l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat) Isaac kiseb esperjenza estensiva fil-qasam tal-liġi amministrattiva, ċivili u doganali, filwaqt li ddefenda l-Istat ukoll f’bosta kawżi Kostituzzjonali. Isaac huwa wkoll Punt ta’ Kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) u rrappreżenta lill-Gvern ta’ Malta f’laqgħat tal-Kunsill tal-UE fi Brussell.