Author picture

Lorem ipsum dolor sit amet consectetur adipiscing elit dolor

Dott. James D’Agostino ottjena l-lawrja tad-dottorat fil-Liġi fl-2003, u kiseb il-warrant professjonali tiegħu fl-2004. Waqt li kien qed jaħdem fis-settur privat, James ipprattika primarjament f’litigazzjoni f’kawżi ċivili, kriminali u kummerċjali, u pprattika wkoll fis-settur tal-‘gaming’.

Wara li ngħaqad mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat fl-2021 bħala Avukat Anzjan, James issa jmexxi tim ta’ ħames avukati, li jservu diversi Ministeri, dipartimenti u entitajiet affiljati. Issa li jipprattika l-Liġi Ċivili, Kostituzzjonali u Amministrattiva, James għadu juża l-esperjenza estensiva tiegħu fi kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni u ta’ tort, fost l-oħrajn, billi jissorvelja u jmexxi kawżi ta’ kolliżjonijiet ta’ vetturi fil-Qorti.

James huwa r-rappreżentant tar-Repubblika ta’ Malta fil-Kumitat Ewropew għall-Kooperazzjoni Legali (CDCJ) tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa kien ukoll Arbitru rreġistrat maċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ.