Author picture

Dott. Julian Vella ggradwa b’Dottorat fil-Liġi fl-2017 u ngħata l-Warrant ta’ Avukat f’Marzu 2018. It-teżi sottomess minnu fl-aħħar sena tal-kors tal-Liġi, intitolat ‘Disgorgement of Profits: A Potential Remedy for Tort Victims under Malta Law on Damages’ ingħata l-premju tal-Professor David J. Attard Best Doctor of Laws Thesis. Illum qiegħed isegwi Master of Laws mal-Università ta’ Londra.

Wara li ngħaqad mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat (li qabel kien it-Taqsima Ċivili tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali) f’Jannar 2019, Julian beda jispeċjalizza fil-liġi dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u jiddefendi kawżi f’dan il-qasam quddiem il-qrati ta’ Malta u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn illum jaġixxi bħala Aġent ta’ Malta. Huwa jservi wkoll f’diversi kumitati, inkluż bħala membru għal Malta fuq l-Isteering Committee for Human Rights (CDDH) tal-Kunsill tal-Ewropa u bħala punt ta’ kuntatt għal Malta fuq in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.