Author picture

Dott. Miguel De Gabriele ggradwa b’Dottorat fil-Liġi fl-2015 u kiseb il-Warrant ta’ Avukat fl-2016. Wara li ħadem fis-settur privat fejn deher quddiem il-Qrati Inferjuri u Superjuri, Miguel ingħaqad mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fl-2016 bħala Avukat mat-Taqsima tal-Liġi Ċivili.

Miguel għandu esperjenza estensiva fil-Liġi Amministrattiva, Ċivili u tal-Immigrazzjoni filwaqt li tratta wkoll bosta kawzi tad-drittijiet tal-bniedem matul is-snin. Miguel għandu wkoll interess partikolari fil-Liġi tal-Edukazzjoni. Huwa rrappreżenta lill-Gvern ta’ Malta quddiem il-Kunsill Ewropew fi Strasburgu u f’diversi laqgħat organizzati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.