Author picture

Dott. Natalia Grima ggradwat b’Master of Advocacy mill-Università ta’ Malta fl-2017 u kisbet il-warrant  fl-2018. Minħabba li żviluppat interess fit-traduzzjoni wara li fl-2011 rebħet il-konkors Juvenes Translatores tal-Kummissjoni Ewropea, Natalia kompliet biex kisbet Masters in Translation and Terminology Studies mill-Università ta’ Malta fl-2019.

Natalia ilha parti mill-Unità tal-Leġiżlazzjoni mill-2019 fejn hija prinċipalment inkarigata mir-reviżjoni u l-iskrutinju ta’ leġiżlazzjoni primarja u sussidjarja relatata ma’ diversi setturi, fosthom is-saħħa, il-ġustizzja, is-sajd, l-agrikoltura, it-trattament xieraq tal-annimali, is-sigurtà nazzjonali, l-enerġija, l-ambjent, it-trasport, l-edukazzjoni u l-ekonomija. Matul il-proċess ta’ reviżjoni u qabel il-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, Natalia spiss tiġi kkonsultata minn uffiċjali mill-Ministeri kkonċernati sabiex toffri pariri fir-rigward ta’ kwalunkwe mistoqsija dwar il-proċedura ta’ reviżjoni.