Author picture

Dr Nicole Fenech iggradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċċellerat fil-Liġi fl-2018 u b’Master fl-Avukatura fl-2019. Sussegwentement hija kisbet il-warrant ta’ avukat f’Marzu tal-2020.

Wara li lestiet il-prattika tagħha ma’ ditta privata u mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fis-sezzjoni kriminali tiegħu, Nicole ingħaqdet ma’ ditta legali ta’ fama fejn ħadmet fid-dipartiment tal-litigazzjoni għal tlett snin u iffokat prinċipalment fuq il-liġi ċivili, il-liġi tal-proprjetà, il-ġbir tad-dejn, il-litigazzjoni kummerċjali u d-dritt internazzjonali privat.

Fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, l-oqsma ewlenin ta’ prattika ta’ Nicole jinkludu l-liġi kostituzzjonali, il-liġi amministrattiva u l-litigazzjoni ċivili, filwaqt li tipprovdi wkoll pariri legali lil diversi entitajiet u dipartimenti tal-Gvern u tirrapreżentahom quddiem il-qrati u t-tribunali Maltin.