Author picture

Dott. Steffi Borg iggradwat mill-Università ta’ Malta b’Dottorat fil-Liġi (LL.D.) f’Novembru 2012 u kisbet il-warrant fit-8 ta’ Frar 2013. Fi Frar 2014, hija ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, u inizjalment ħadmet fi ħdan it-Taqsima tal-Liġi Kriminali qabel ma nħatret assistenta legali personali għall-Avukat Ġenerali, Dott. Peter Grech. 

Sussegwentement fil-2015 hija ħadmet ġewwa t-Taqsima tal-Liġi Ċivili fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. F’Awwissu 2016 ingħaqdet mal-Unità tal-Leġiżlazzjoni li illum il-ġurnata tifforma parti mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, fejn sal-lum taħdem biex twettaq xogħol estensiv ta’ rieżami tal-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja. 

Dott. Borg kisbet ħafna esperjenza fil-qasam tal-abbozzar tal-liġi b’enfasi speċifika fuq l-proċedura parlamentari. Hija sservi bħala l-punt ta’ kuntatt tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat mal-Parlament, billi teżamina u tirrevedi l-emendi kollha li jgħaddu mill-Istadju tal-Kumitat Parlamentari. Hija tattendi wkoll laqgħat tal-Kumitat Parlamentari relatati mal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, flimkien mal-Avukat tal-Istat biex tantiċipa kwalunkwe kwistjoni li tista’ tinqala’ fil-proċess ta’ abbozzar leġiżlattiv.