Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Unità tal-Leġiżlazzjoni huma s-segwenti:

    • Reviżjoni ta’ u verifika finali tal-verżjoni finali tal-abbozzi ta’ leġiżlazzjoni primarja u sekondarja tal-leġiżlazzjoni domestika u t-traspożizzjonijiet tad-Direttivi u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-UE kif proposti mill-Ministeri/dipartimenti/entitajiet u aġenziji kollha li jkunu qed jippilotaw il-leġiżlazzjoni l-ġdida jew l-emendi;

    • Assistenza u aġġornament ta’ għajnuniet għall-abbozzar ta’ leġislazzjoni lil  min jabbozza;

    • L-ipproċessar tal-leġiżlazzjoni relattiva bi tħejjija għall-pubblikazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-Framemaker;

    • Reviżjoni tal-Impact Assessment Forms ikkompilati minn min jabbozza kemm għal-leġiżlazzjoni primarja kif ukoll għal dik sekondarja qabel ma jiġu ppreżentati lill-Uffiċċju tal-Kabinett għall-approvazzjoni skont il-Kap 512;

    • Reviżjoni tan-Noti ta’ Spjegazzjoni kif meħtieġ skont il-Kap 512;

    • Reviżjoni tal-emendi finali fl-Istadju tal-Kumitat imressqa quddiem l-istess Kumitati fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni ġdida u Atti emendatorji;

    • Attendenza fis-seduti tal-Istadju tal-Kumitat fir-rigward tal-Ministeru;

    • Kompilazzjoni u reviżjoni tal-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Implimentazzjoni tal-Estimi Baġitarji;

    • Emendi kif meħtieġa għall-Atti li għaddew mill-proċess Parlamentari tat-Tielet Qari;

    • Konsolidazzjoni u aġġornament regolari tal-leġiżlazzjoni tas-sit legislation.mt skont ir-rekwiżiti u l-istandards tal-UE;

    • Titjib fil-proġetti relatati ma’ l-ELI fuq is-sit legislation.mt u kwistjonijiet relatati; u

    • Imsieħba f’Konsorzju fir-rigward tal-iżvilupp tal-Pjattaforma Nazzjonali tat-Teknoloġija tal-Lingwa https://www.nltp-info.eu/