Author picture

Wara li għamlet prattika legali tul diversi snin, fl-2018 Dott. Yana Bonello ottjeniet il-Baċċellerat fil-Liġijiet (Unuri) mill-Università ta’ Malta u fl-2019 kisbet ukoll Masters fl-Avukatura mill-istess Università. Yana ottjeniet il-warrant professjonali tagħha fl-2020.

Iktar tard fis-sena 2020, Yana ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat u llum il-ġurnata tkompli l-ħidma tagħha bħala avukat f’dan l-Uffiċċju. Hi tassisti u tirrappreżenta diversi Ministeri, dipartimenti u entitajiet tal-Gvern quddiem il-Qrati u t-Tribunali Maltin. L-oqsma ewlenin ta’ attenzjoni tagħha huma l-Litigazzjoni f’kawżi Ċivili u Kostituzzjonali u l-Liġijiet tal-Unjoni Ewropea.