Dott. Andria Buhagiar

Author picture

Dott. Andria Buhagiar inħatret bħala Deputat Avukat tal-Istat fit-8 ta’ Jannar 2020, wara li qabel kienet tokkupa l-kariga ta’ avukat anzjan fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Hija għandha esperjenza vasta fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u bħala Aġent għal Malta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat lill-Gvern f’diversi proċedimenti quddiem dik il-Qorti u f’diversi fora tal-UE u kif ukoll internazzjonali.

Andria tagħti pariri lill-Gvern u lil korpi pubbliċi dwar l-aspetti kollha tal-obbligi ta’ Malta skont il-liġi tal-UE, inklużi t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttivi u r-Regolamenti tal-UE u kienet involuta f’għadd kbir ta’ proġetti ta’ abbozzar legali. Barra minn hekk, hija wkoll membru tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali, li għandu l-kompitu li jivvaluta l-adegwatezza u l-idoneità tal-applikanti għal warrant ta’ avukat jew ta’ prokuratur legali u li jinvestiga u jippenalizza mġieba ħażina potenzjali minn avukati u prokuraturi legali.

Andria għandha Dottorat fil-liġi (LL.D.) u Magister Juris (M. Jur.) fid-Dritt tal-UE u d-Dritt Komparattiv mill-Università ta’ Malta. Preċedentement hija kienet tokkupa l-kariga ta’ uffiċjal legali fl-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta fi ħdan dik li qabel kienet id-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, filwaqt illi kienet ukoll għalliema fl-Università ta’ Malta u ssorveljat teżijiet dwar diversi aspetti tad-Dritt tal-UE.