Professjonisti Legali Old
L-Avukat Tal-Istat Il-Viċi Avukat tal-Istat Assistenti Avukati tal-Istat Avukati Anzjani Avukati
L-Avukat Tal-Istat Il-Viċi Avukat tal-Istat Assistenti Avukati tal-Istat Avukati Anzjani Avukati
L-Avukat tal-Istat Il-Viċi Avukat tal-Istat Assistenti Avukati tal-Istat Avukati Anzjani Avukati
Dr Nicole Fenech iggradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċċellerat fil-Liġi fl-2018 u b’Master fl-Avukatura fl-2019. Sussegwentement hija kisbet il-warrant ta’ avukat f’Marzu tal-2020. Wara li lestiet il-prattika tagħha ma’ ditta privata u mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fis-sezzjoni kriminali tiegħu, Nicole ingħaqdet ma’ ditta legali ta’ fama fejn ħadmet fid-dipartiment tal-litigazzjoni għal tlett snin u iffokat prinċipalment fuq […]
Dr Christian Ellul ingħata l-warrant biex jippratika l-professjoni ta’ avukat f’Malta fis-sena 2022, wara li ottjena Baċċelerat fil-Liġi (2020) u Masters fl-Avukatura (2021) mill-Universita’ ta’ Malta. Huwa beda il-karriera legali tiegħu ma’ ditta privata fis-sena 2020 fejn kien jippratika f’numru ta’ setturi fosthom fil-liġi ċivili, suċċessjoni, liġi amministrativa u kostituzzjonali u fid-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Christian […]
Termini ta’ UżuDin il-paġna (flimkien mad-dokumenti msemmija fiha) tipprovdi t-termini u l-kundizzjonijiet abbażi ta’ liema inti tista’ tagħmel użu minn dan is-sit, kemm bħala viżitatur kif ukoll bħala utent reġistrat. Jekk jogħġbok, aqra dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu b’attenzjoni qabel ma tibda tuża dan is-sit. Meta inti tuża dan is-sit, dak ikun jindika li […]
Id-Direttorat tas-Servizzi Amministrattivi huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-funzjonijiet u l-operat tal-Aġenzija. Id-Direttorat immexxi mill-Kap tas-Servizzi Amministrattivi jipprovdi sostenn strateġiku u operattiv lill-Avukat tal-Istat u jiżgura l-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi tal-Aġenzija. Id-Direttorat huwa maqsum f’sitt (6) unitajiet kif ġej: AmministrazzjoniL-unità tal-Amministrazzjoni hija responsabbli mill-ġestjoni ta’ servizzi varji fi ħdan l-Aġenzija fosthom, l-ippjanar u l-organizzazzjoni […]
Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Unità tal-Leġiżlazzjoni huma s-segwenti: Reviżjoni ta’ u verifika finali tal-verżjoni finali tal-abbozzi ta’ leġiżlazzjoni primarja u sekondarja tal-leġiżlazzjoni domestika u t-traspożizzjonijiet tad-Direttivi u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-UE kif proposti mill-Ministeri/dipartimenti/entitajiet u aġenziji kollha li jkunu qed jippilotaw il-leġiżlazzjoni l-ġdida jew l-emendi; Assistenza u aġġornament ta’ għajnuniet għall-abbozzar ta’ leġislazzjoni lil min jabbozza; […]
Fl-2019, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja, il-Gvern qasam l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, billi ssepara l-funzjonijiet konsultattivi u ta’ prosekuzzjoni, u b’hekk ħoloq l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat bis-saħħa tal-Att XXV tal-2019, li ġie kkristallizzat fil-Kapitolu 603 tal-Liġijiet ta’ Malta. Dan kien jeħtieġ il-promulgazzjoni ta’ Artikolu ġdid fil-Kostituzzjoni, senjatament l-Artikolu 91A. L-Avukat tal-Istat jaġixxi bħala l-konsulent prinċipali tal-Gvern fi […]