Author picture

Lorem ipsum dolor sit amet consectetur adipiscing elit dolor

Dott. Rachael Aquilina ggradwat mill-Universita ta’ Malta b’Baċċellerat fil-Liġijiet (Unuri) fl-2018 u b’Masters fl-Avukatura fl-2019. F’Diċembru 2018, Rachael ingħatat il-premju tad-Dean għall-aħjar teżi fil-kors tal-LL.B (Hons). Hija kisbet ukoll LL.M fil-liġi Kummerċjali u Korporattiva mill-Università ta’ Queen Mary f’Londra fl-2020 u f’Marzu tal-2020 ottjeniet il-warrant professjonali tagħha.

Wara li għamlet prattika legali fis-settur privat, kemm f’Malta u kif ukoll f’Londra, Rachael ingħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat f’Settembru 2020. L-oqsma ewlenin ta’ prattika tagħha jinkludu litigazzjoni f’kawżi Ċivili, Kostituzzjonali u l-Liġijiet tal-Unjoni Ewropea.Rachael tagħti pariri u tirrappreżenta diversi Ministeri, dipartimenti u entitajiet tal-Gvern quddiem il-Qrati u t-Tribunali Maltin.