Author picture

Dott. Roma D’Alessandro ngħaqdet mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali f’Diċembru 1996, wara li ggradwat fil-kors B.A. fl-Istudji Legali u Umanistiċi u bħala prokuratur legali mill-Università ta’ Malta. Fl-1997 kisbet Diploma fil-Każijiet Kanoniċi taż-Żwieġ, il-Ġurisprudenza u l-Proċedura mit-Tribunal Ekkleżjastiku Malti (Dip.Trib.Eccl.Melit.)

Dott. Roma gradwat fil-Liġi f’Novembru 2002 u kisbet il-warrant tagħha f’Marzu 2003. F’Diċembru 2008 kisbet Masters fid-Dritt Internazzjonali Privat mill-Università ta’ Malta. Dr Roma ġiet appuntata avukat anzjan fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali f’Ottubru 2012.

Matul il-karriera tagħha fl-Uffiċċju, hija ttratat diversi kawżi amministrattivi, ċivili u kostituzzjonali kemm fil-qasam tal-liġi kriminali kif ukoll f’dak tad-dritt ċivili. Il-Ministeri ewlenin li kienu taħt ir-responsabbilità tagħħa nkludew il-Ministeri tal-Ġustizzja, tal-Finanzi, tal-Affarijiet Interni, tal-Familja u l-Politika Soċjali, filwaqt li d-dipartimenti ewlenin li assistit inkludew id-Dipartimenti tas-Sigurtà Soċjali, tad-Dwana u tal-Pulizija.

Dott. Roma inħatret Kap tal-Unità tal-Leġiżlazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat fl-1 ta’ Ġunju 2021, fejn tikkoordina l-ħidma tal-Uffiċċju fit-twettiq ta’ reviżjoni tal-leġiżlazzjoni primarja u sekondarja, filwaqt li tagħmel ħilitha sabiex timmotiva lill-kollegi biex jaħdmu bħala tim u jippersistu fl-isfidi tagħhom.