User_Male

Dr Christian Ellul ingħata l-warrant biex jippratika l-professjoni ta’ avukat f’Malta fis-sena 2022, wara li ottjena Baċċelerat fil-Liġi (2020) u Masters fl-Avukatura (2021) mill-Universita’ ta’ Malta. Huwa beda il-karriera legali tiegħu ma’ ditta privata fis-sena 2020 fejn kien jippratika f’numru ta’ setturi fosthom fil-liġi ċivili, suċċessjoni, liġi amministrativa u kostituzzjonali u fid-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Christian jirraprezenta l-Avukat tal-Istat quddiem l-Qrati Inferjuri u Superjuri ta’ Malta wara li beda l-impjieg tiegħhu mal-Uffiċju fi Frar tas-sena 2023.

Christian għandu interess partikolari fil-liġi kostituzzjonali u amministrativa u bħala parti mill-istudji legali tiegħu huwa ħejja teżi fl-2020 li jġib l-isem ta’ “Procedural privileges and ouster clauses in judicial proceedings against public authorities: a critical analysis” li annaliza provvedimenti fil-liġi Maltija li jagħtu lil ċerti entitajiet pubbliċi setgħat u immunitajiet speċjali, senjament dawk fil-Kostituzzjoni u l-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura, u jekk tali liġijiet humiex levizi l-Kostituzzjoni.

Christian għandu ukoll Baċċelerat fix-Xjenza (2012) u Masters fix-Xjenza (2016) mill-Universita ta’ Malta.